Tlett mija u tmienja Three hundred and eight
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal TLETT MIJA U TMIENJA għandu tlett partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal TLIETA, b’id waħda li tieqaf quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa . It-tlett iswaba’ tan-nofs jieqfu bil-ponta tas-swaba’ jħarsu ’il fuq. Imbagħad isir is-sinjal għal ŻERO b’id waħda forna ta O, jiġifieri bil-pala tħares ’il barra u bis-swaba’ kkurvati u bil-ponot tas-saba’ l-kbir u tal-werrej imissu. Fl-aħħar isir is-sinjal għal TMIENJA b’id waħda li tieħu l-forma ta’ Ħ quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa. It-tlett iswaba’ tal-Ħ jippuntaw lejn il-ġenb.
The sign for THREE HUNDRED AND EIGHT has three parts. First the sign for THREE is made with one hand upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The three middle fingers point upwards. Then the sign for ZERO is made. The hand takes the shape of O, that is with the palm facing outwards and the fingers curved. The fingertips of the thumb and the index finger touch. Finally the sign for EIGHT is made with one hand that takes the form of Ħ in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The fingers of the Ħ-shape point to the side.